5.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 454/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fl-14 ta’ Settembru 2016 – Incyte Corporation vs Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala
(Kawża C-492/16)
(2016/C 454/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Incyte Corporation
Konvenut: Szellemi Tulajdon Nemzeti Hivatala
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li “d-data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni għalbiex jinħareġ il-prodott fis-suq [fl-Unjoni]” hija inkorretta f’talba intiża sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari fis-sens tal-istess regolament u tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (2), ladarba din id-data ġiet deċiża mingħajr ma ttieħdet inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni tad-dritt mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Seattle Genetics (C-471/14), b’mod li r-rettifika tad-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari hija ġġustifikata anki jekk iċ-ċertifikat inħareġ qabel ma ngħatat din is-sentenza u fejn it-terminu previst sabiex jiġi ppreżentat appell minn din id-deċiżjoni diġà skada?
2)
Is-servizz tal-proprjetà industrijali ta’ Stat Membru kompetenti sabiex joħroġ iċ-ċertifikati huwa marbut li jirrettifika ex officio d-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari sabiex din tkun konformi mal-interpretazzjoni tad-dritt mogħtija fis-sentenza Seattle Genetics (C-471/14)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335.
(2) ĠU 2009, L 152, p. 1.