23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Settembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč
(Kawża C-497/16)
(2017/C 022/02)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Parti fil-kawża prinċipali
Juraj Sokáč
Domanda preliminari
1)
Il-prodotti mediċinali, kif iddefiniti mid-Direttiva 2001/83/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li fihom “sustanzi skedati” fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 273/2004 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistgħu jiġu kkunsidrati, fuq il-bażi tal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu hekk kif deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi magħquda C-627/13 u C-14/02 [sentenza tal-5 ta’ Frar 2015, M. et, C-627/13 u C-2/14, EU:C:2015:59], anki wara li t-test tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq kien ġie emendat bir-Regolament Nru 1258/2013 (3) u fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 111/2005 (4), kif emendat bir-Regolament Nru 1259/2013 (5), jissuġġetta l-mediċini li fihom l-efedrina u l-psewdoefedrina għas-sistema tar-Regolament Nru 111/2005?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46.
(3) ĠU L 330, p. 21.
(4) ĠU 2008, L 333M, p. 472.
(5) ĠU L 330, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy