23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Gdańsku (il-Polonja) fl-4 ta’ Ottubru 2016 – Stefan Czerwiński vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział u Gdańsku
(Kawża C-517/16)
(2017/C 022/06)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Apelacyjny w Gdańsku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stefan Czerwiński
Konvenuta: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział u Gdańsku
Domandi preliminari
1)
Il-klassifika ta’ benefiċċju taħt waħda mill-fergħat tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 883/2004”) fid-dikjarazzjoni li saret mill-Istat Membru skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament taqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet jew tal-qrati nazzjonali?
2)
Il-pensjoni ta’ tranżizzjoni li tirriżulta mill-ustawa z dnia 19 grudnia 2008 roku o emeryturach pomostowych (liġi Pollakka dwar il-pensjonijiet ta’ tranżizzjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008, Dz. U. tal-2015, intestatura 965, kif emendata) tikkostitwixxi benefiċċju marbut mal-età fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 883/2004?
3)
L-esklużjoni tar-regola dwar l-għadd ta’ perijodi sabiex jingħata d-dritt għall-benefiċċji ta’ qabel l-irtirar (Artikolu 66 u premessa 33 tar-Regolament Nru 883/2004) twettaq funzjoni ta’ protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali li tirriżulta mill-Artikolu 48(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy