30.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Ottubru 2016 – Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH vs Hauptzollamt München
(Kawża C-529/16)
(2017/C 030/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH
Konvenut: Hauptzollamt München
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 et seq. tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 (2), jippermettu li jinżamm bħala l-valur għal skopijiet doganali, permezz tal-applikazzjoni ta’ ċavetta ta’ tqassim, prezz ta’ trasferiment miftiehem li jikkonsisti f’ammont inizjalment mitlub u ddikjarat u f’aġġustament b’rata fissa li saret wara t-tmiem tal-perijodu ta’ fatturazzjoni, u dan irrispettivament minn jekk, fi tmiem dan il-perijodu, il-persuna kkonċernata kinitx is-suġġett ta’ regolarizzazzjoni ta’ debitu jew ta’ kreditu?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:
Jista’ il-valur għal skopijiet doganali jiġi eżaminat u stabbilit abbażi ta’ kalkolu semplifikat meta huma rikonoxxuti l-effetti ta’ aġġustamenti tal-prezzijiet mwettqa a posteriori (kemm ’il fuq u ’l isfel)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239.