16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/24
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-530/16)
(2017/C 014/30)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u J. Hottiaux)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiggarantixxi l-indipendenza tal-awtorità tas-sigurtà fil-konfront tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija, tal-managers tal-infrastruttura, tal-applikanti għal ċertifikazzjoni u tal-entitajiet kontraenti, u
—
billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiggarantixxi l-indipendenza tal- entità investigattiva fir-rigward tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u tal-managers tal-infrastruttura,
—
ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 16(1) u taħt l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika tal-Polonja li ma ttrasponietx korrettament fil-leġiżlazzjoni Pollakka l-prinċipju tal-indipendenza tal-entità investigattiva (jiġifieri l-Państwowa Komisja Badania Wypadków Kolejowych; PKBWK) mill-aspett organizzattiv, legali u deċiżjonali, hekk kif meħtieġ mill-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/49. Il-PKBWK ma kisbitx l-istatus li kien jiggarantixxilha din l-indipendenza. Il-Kummissjoni tikkritika l-fatt li l-PKBWK tagħmel parti integrali mill-ministeru tat-trasport mingħajr ebda garanzija fir-rigward tal-indipendenza tagħha fil-konfront ta’ dan tal-aħħar u fil-konfront tal-manager tal-infrastruttura. Minbarra dan, billi l-PKBWK ma taġixxix f’isimha stess, il-ministru tat-trasport jinnomina u jirrevoka l-President tal-PKBWK, is-sostitut tiegħu, kif ukoll is-segretarju u l-membri permanenti u mhux permanenti tiegħu. Minbarra dan, il-ministru tat-trasport ma għamilx għad-dispożizzjoni tal-PKBWK, permezz ta’ sistema applikabbli, mezzi adegwati li jippermettu lil dan l-organu li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu.
Il-Kummissjoni tikkritika wkoll lir-Repubblika tal-Polonja bl-implementazzjoni żbaljata tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/49/KE sa fejn hija ma ggarantixxietx l-indipendenza tal-awtorità tas-sigurtà (jiġifieri l-Przezes Urzędu Transportu Kolejowego) mill-perspettiva organizzattiva, legali u deċiżjonali fil-konfront tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija, tal-managers tal-infrastruttura, tal-applikanti għal ċertifikazzjoni u tal-entitajiet kontraenti.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 227.
Full & Egal Universal Law Academy