9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-25 ta’ Ottubru 2016 – UAB “Spika”, AB “Senoji Baltija”, UAB “Stekutis”, UAB “Prekybos namai Aistra” vs Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos
(Kawża C-540/16)
(2017/C 006/36)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UAB “Spika”, AB “Senoji Baltija”, UAB “Stekutis”, UAB “Prekybos namai Aistra”
Konvenut: Žuvininkystės tarnyba prie Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerijos
Partijiet oħra: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija, BUAB “Sedija”, UAB “Starkis”, UAB “Baltijos šprotai”, UAB “Ramsun”, AB “Laivitė”, UAB “Baltlanta”, UAB “Strimelė”, V. Malinausko gamybinė-komercinė firma “Stilma”, UAB “Banginis”, UAB “Monistico”, UAB “Rikneda”, UAB “Baltijos jūra”, UAB “Grinvita”, BUAB “Baltijos žuvys”
Domanda preliminari
L-Artikoli 17 u 2(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013, dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE, fid-dawl tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta Stat Membru jeżerċita d-diskrezzjoni prevista fl-Artikolu 16(6), huwa jkun ipprojbit milli jagħżel metodu ta’ allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd allokati lilu li jikkawża kundizzjonijiet inugwali ta’ kompetizzjoni għal operaturi ekonomiċi li jwettqu attività f’dan il-qasam minħabba kwantità ikbar ta’ opportunitajiet ta’ sajd, anki jekk dak il-metodu jkun ibbażat fuq kriterju trasparenti u oġġettiv?
(1) ĠU 2013, L 354, p. 22.