23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Gasorba S.L., Josefa Rico Gil u Antonio Ferrándiz González vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.
(Kawża C-547/16)
(2017/C 022/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gasorba S.L., Josefa Rico Gil u Antonio Ferrándiz González
Konvenuta: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.
Domandi preliminari
1)
Skont l-Artikolu 16 (“L-applikazzjoni uniformi tal-Liġi tal-Kompetizzjoni tal-Komunità”) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2006/446/KE (2)], tat-12 ta’ April 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Kawża COMP/B 1/38.348 – Repsol CPP) tipprekludi li qorti nazzjonali tkun tista’ tannulla l-ftehimiet li tirreferi għalihom din id-deċiżjoni minħabba t-tul ta’ żmien tal-klawżola ta’ provvista esklużiva, minkejja li jistgħu jiġu ddikjarati nulli minħabba kawżi oħra bħal, pereżempju, l-impożizzjoni mill-fornitur fuq ix-xerrej (jew fuq il-bejjiegħ mill-ġdid) ta’ prezz minimu ta’ bejgħ lill-pubbliku?
2)
F’din l-ipoteżi, jista’ jitqies li l-kuntratti għal perijodu twil affettwati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Kawża COMP/B 1/38.348 – Repsol CPP) jibbenefikaw, bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni, minn eżenzjoni individwali taħt l-Artikolu 101(3) TFUE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.
(2) ĠU 2006, L 176, p. 104.
Full & Egal Universal Law Academy