23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2016 – “TTL” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia
(Kawża C-553/16)
(2017/C 022/15)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“TTL” ЕООD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia
Domandi preliminari
1)
Dispożizzjoni nazzjonali, bħall-punt 3 tal-Artikolu 175(2) tad-Danacho-osiguritelniya protsesualen kodeks (Kodiċi ta’ proċedurali fiskali u tas-sigurtà soċjali, iktar ’il quddiem id-“DOPK”), li tobbliga lil kumpannija nazzjonali, li tħallas dħul suġġett għal taxxa f’ras il-għajn, tħallas interessi fir-rigward tal-perijodu bejn l-iskadenza tat-terminu għall-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u d-data li fiha l-entità barranija stabbilita fi Stat Membru ieħor tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż mar-Repubblika tal-Bulgarija huma applikabbli, inkluż f’sitwazzjoni fejn, konformement mal-ftehim, ebda taxxa ma hija dovuta jew l-ammont tagħha huwa iżgħar, hija kompatibbli mal-Artikolu 5(4) TUE u mal-Artikolu 12(b) TUE?
2)
Dispożizzjoni nazzjonali, bħall-punt 3 tal-Artikolu 175(2) tad-DOPK, u prassi fiskali, li bis-saħħa tagħhom, fil-każ ta’ kumpannija li tħallas dħul suġġett għal taxxa f’ras il-għajn, jiġu imposti interessi fir-rigward tal-perijodu bejn l-iskadenza tat-terminu għall-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u d-data li fiha l-entità barranija stabbilita fi Stat Membru ieħor tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż mar-Repubblika tal-Bulgarija huma applikabbli, inkluż f’sitwazzjoni fejn, konformement mal-ftehim, ebda taxxa ma hija dovuta jew l-ammont tagħha huwa iżgħar, hija kompatibbli mal-Artikoli 49, 54, 63 u 65(1) u (3) TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy