13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft
(Kawża C-554/16)
(2017/C 046/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EP Agrarhandel GmbH
Awtorità konvenuta: Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE (1), tal-20 ta’ Awwissu 2001, li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE (2), tal-25 ta’ Mejju 2010, jippekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-paragrafu 6(6) tal-Verordnung des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft über die Kennzeichnung und Registrierung von Rindern (BGBl. II n.o201/2008) (digriet tal-ministeru federali għall-agrikoltura, il-forestrija, l-ambjent u l-ġestjoni tal-ilma dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini; iktar ’il quddiem, id-“digriet tal-2008 dwar l-identifikazzjoni tal-annimali bovini”), li, fir-rigward tal-konformità mat-termini kollha koperti minn din id-dispożizzjoni – u għaldaqstant anki fir-rigward tan-notifika ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf – tqis l-irċevuta tan-notifika rilevanti bħala l-fattur determinanti?
2)
X’effett għandu t-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3), tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fuq l-eliġibbiltà għal primjum għal annimali bovini li l-moviment tagħhom lejn mergħa tas-sajf ikun ġie innotifikat tard fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni?
3)
Jekk in-notifika tard ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf taħt it-tieni pararafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 ma tirriżultax fit-telf tal-eliġibbiltà għal primjum, jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet għal tali notifika tard?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 341.
(2) ĠU L 127, p. 19.
(3) ĠU L 30, p. 16.