23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Novembru 2016 – Saras Energía S.A. vs Administración del Estado
(Kawża C-561/16)
(2017/C 022/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Saras Energía S.A.
Konvenuta: Administración del Estado
Domandi preliminari
1)
Hija kompatibbli mal-Artikolu 7(1) u (9) tad-Direttiva 2012/27 (1) leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi mekkaniżmu nazzjonali ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija li l-mod ewlieni ta’ twettiq tiegħu jikkonsisti f’kontribuzzjoni finanzjarja annwali lil fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija stabbilit skont l-Artikolu 20(4) tal-istess direttiva?
2)
Hija kompatibbli mal-Artikoli 7(1) u 20(6) tad-Direttiva 2012/27 leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà li jitwettqu l-obbligi ta’ ffrankar tal-enerġija billi jiġi kkreditat l-iffrankar miksub bħala alternattiva għall-kontribuzzjoni finanzjarja lil fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija?
3)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, huwa kompatibbli mal-imsemmija Artikoli 7(1) u 20(6) tad-Direttiva li tkun prevista l-imsemmija possibbiltà alternattiva ta’ twettiq tal-obbligi ta’ ffrankar tal-enerġija meta l-eżistenza effettiva ta’ din l-alternattiva tiddependi mill-fatt li l-Gvern jimplementaha fid-diskrezzjoni tiegħu permezz ta’ leġiżlazzjoni?
F’dan is-sens, tali leġiżlazzjoni hija kompatibbli meta l-Gvern ma jimplementax din il-possibbiltà alternattiva?
4)
Huwa kompatibbli mal-Artikolu 7(1) u (4) tad-Direttiva mekkaniżmu nazzjonali li jqis li huma partijiet suġġetti għall-obbligi ta’ ffrankar tal-enerġija biss il-kumpanniji tal-bejgħ bl-imnut tal-enerġija u mhux id-distributuri?
5)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, hija kompatibbli mal-imsemmija paragrafi tal-Artikolu 7 l-indikazzjoni tal-kumpanniji tal-bejgħ bl-imnut bħala partijiet obbligati mingħajr ma jiġu ddeterminati r-raġunijiet li wasslu sabiex id-distributuri tal-enerġija ma jiġux inklużi bħala partijiet obbligati?
(1) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU 2012, L 315, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy