6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/32
Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-561/16
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 22 tat-23 ta’ Jannar 2017 )
(2017/C 070/42)
L-avviż fil-Kawża C-561/16, Saras Energía għandu jaqra kif ġej:
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Saras Energía S.A.
Konvenuta: Administración del Estado
Partijiet oħra: Endesa S.A., Endesa Energía S.A., Endesa Energía XXI S.L.U., Viesgo Infraestructuras Energéticas S.L., Hidroeléctrica del Cantábrico S.A.U., Nexus Energía S.A., Nexus Renovables S.L.U., Engie España S.L., Villar Mir Energía S.L., Energya VM Gestión de Energía u Estaciones de Servicio de Guipúzcoa S.A.
Domandi preliminari
1.
Hija kompatibbli mal-Artikolu 7(1) u (9) tad-Direttiva 2012/27/UE (1) leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi mekkaniżmu nazzjonali ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija li l-mod ewlieni ta’ twettiq tiegħu jikkonsisti f’kontribuzzjoni finanzjarja annwali lil fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija stabbilit skont l-Artikolu 20(4) tal-istess direttiva?
2.
Hija kompatibbli mal-Artikoli 7(1) u 20(6) tad-Direttiva 2012/27/UE leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà li jitwettqu l-obbligi ta’ ffrankar tal-enerġija billi jiġi kkreditat l-iffrankar miksub bħala alternattiva għall-kontribuzzjoni finanzjarja lil fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija?
3.
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, huwa kompatibbli mal-imsemmija Artikoli 7(1) u 20(6) tad-Direttiva li tkun prevista l-imsemmija possibbiltà alternattiva ta’ twettiq tal-obbligi ta’ ffrankar tal-enerġija meta l-eżistenza effettiva ta’ din l-alternattiva tiddependi mill-fatt li l-Gvern jimplementaha fid-diskrezzjoni tiegħu permezz ta’ leġiżlazzjoni?
F’dan is-sens, tali leġiżlazzjoni hija kompatibbli meta l-Gvern ma jimplementax din il-possibbiltà alternattiva?
4.
Huwa kompatibbli mal-paragrafi 1 u 4 tal-Artikolu 7 tad-Direttiva, mekkaniżmu nazzjonali li jqis li huma partijiet suġġetti għall-obbligi ta’ ffrankar tal-enerġija biss l-impriżi li jikkummerċjalizzaw il-gass u l-elettriku u l-bejjiegħa bl-ingrossa ta’ prodotti taż-żejt u ta’ gassijiet likwifikati taż-żejt, u mhux id-distributuri tal-gass u tal-elettriku u l-bejjiegħa bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt u ta’ gassijiet likwifikati taż-żejt?
5.
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, hija kompatibbli mal-imsemmija paragrafi tal-Artikolu 7 l-indikazzjoni bħala partijiet obbligati tal-impriżi li jikkummerċjalizzaw il-gass u l-elettriku u tal-bejjiegħa bl-ingrossa ta’ prodotti taż-żejt u ta’ gassijiet likwifikati taż-żejt, mingħajr ma jiġu ddeterminati r-raġunijiet li wasslu sabiex id-distributuri tal-gass u tal-elettriku u l-bejjiegħa bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt u ta’ gassijiet likwifikati taż-żejt ma jiġux inklużi bħala partijiet obbligati?
(1) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy