20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Stadt Wuppertal vs Maria Elisabeth Bauer
(Kawża C-569/16)
(2017/C 053/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stadt Wuppertal
Konvenuta: Maria Elisabeth Bauer
Domanda preliminari
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) jew l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħtu lill-eredi ta’ ħaddiem li miet waqt li kien għadu attiv, il-benefiċċju ta’ kumpens finanzjarju għal-leave annwali minimu li kellu dritt għalih il-ħaddiem qabel il-mewt tiegħu, benefiċċju dan li, skont l-Artikolu 7(4) tal-Bundesurlaubsgesetz (Liġi Federali dwar il-leave, BUrlG) moqri flimkien mal-Artikolu 1922(1) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (Kodiċi Ċivili, BGB), huwa eskluż?
(1) ĠU L 299, p. 9.
Full & Egal Universal Law Academy