20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Novembru 2016 – INEOS Köln GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-572/16)
(2017/C 053/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: INEOS Köln GmbH
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1) kif ukoll dawk tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas- 27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (2) jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi, għall-perijodu ta’ skambju 2013-2020, terminu ta’ dekadenza sostantiva għall-applikazzjonijiet għal allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ ċertifikati ta’ emissjoni għal installazzjonijiet eżistenti li ma ġewx ippreżentati fit-termini stabbiliti u li, b’hekk, teskludi l-korrezzjoni ta’ żbalji jew l-integrazzjoni ta’ informazzjoni (mhux sħiħa) fl-applikazzjoni għal allokazzjoni, liema informazzjoni ġiet ikkonstatata biss wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit mid-dritt tal-Istat Membru?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.
(2) ĠU L 130, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy