6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Versailles (Franza) fis-17 ta’ Novembru 2016 – Green Yellow Hyères Sup SNC vs Enedis, SA
(Kawża C-584/16)
(2017/C 038/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Versailles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Green Yellow Hyères Sup SNC
Konvenuta: Enedis, SA
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-mekkaniżmu ta’ obbligu ta’ xiri tal-elettriku prodott mill-installazzjonijiet li jużaw l-enerġija tar-radjazzjoni solari bi prezz ogħla minn prezz tas-suq u li l-finanzjament tiegħu huwa sostnut mill-konsumaturi finali tal-elettriku, kif dan il-mekkaniżmu jirriżulta mid-digrieti ministerjali tal-10 ta’ Lulju 2006 (JORF Nru 171, tas-26 ta’ Lulju 2006, p. 11133) u tat-12 ta’ Jannar 2010 (JORF Nru 011, tal-14 ta’ Jannar 2010, p. 727) li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għax-xiri ta’ dan l-elettriku, moqrija flimkien mal-Liġi Nru 2000-108, tal-10 ta’ Frar 2000, dwar il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp tas-servizz pubbliku tal-elettriku, id-Digriet Nru 2000-1196, tas-6 ta’ Diċembru 2000 u d-Digriet Nru 2001-410, tal-10 ta’ Mejju 2001, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat?
2)
U, fl-affermattiv, l-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea b’dan il-mekkanimżu jaffettwa l-validità tad-digrieti msemmija hawn fuq li jimplementaw il-miżura ta’ għajnuna kontenzjuża?