18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/9
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 minn Skylotec GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-146/15, hyphen GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-587/16 P)
(2017/C 121/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Skylotec GmbH (rappreżentant: M. De Zorti, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), hyphen GmbH
Permezz ta’ digriet tat-28 ta’ Frar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy