27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-23 ta’ Novembru 2016 – Enzo Di Puma vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
(Kawża C-596/16)
(2017/C 063/20)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Enzo Di Puma
Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ladarba deċiżjoni definittiva tkun ikkonstatat li l-fatti li jikkostitwixxu reat kriminali ma ġewx stabbiliti, u mingħajr ma hemm bżonn ta’ evalwazzjoni ġdida mill-qorti nazzjonali, l-ebda proċedura oħra intiża għall-adozzjoni ta’ sanzjonijiet li, min-natura u l-gravità tagħhom, għandhom jiġu kklassifikati bħala sanzjonijiet penali ma tista’ tinbeda jew titkompla għall-istess fatti?
2)
Il-qorti nazzjonali, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tan-natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjonijiet, għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-ksur tal-prinċipju ne bis in idem imsemmi fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-limiti ta’ piena li jirriżultaw mid-Direttiva 2014/57/UE (1)?
(1) Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (ĠU L 173, p. 179).
Full & Egal Universal Law Academy