19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/8
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 minn Anastasia-Soultana Gaki mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-112/16, Gaki vs Il-Parlament
(Kawża C-610/16 P)
(2017/C 195/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Anastasia-Soultana Gaki (rappreżentant: G. Keisers, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ April 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.