6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Novembru 2016 – C & J Clark International Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-612/16)
(2017/C 038/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C & J Clark International Ltd
Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
1)
Il-preskrizzjoni tapplika biss għall-ġbir tad-dazji antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 (1), tat-18 ta’ Awwissu 2016, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 (2), tat-13 ta’ Settembru 2016 (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti kontenzjużi”), u, jekk iva, abbażi ta’ liema dispożizzjoni?
2)
Ir-Regolamenti kontenzjużi huma invalidi peress li ma għandhomx bażi legali valida u, għaldaqstant jiksru l-Artikolu (1) u (2) TUE?
3)
Ir-Regolamenti kontenzjużi huma invalidi peress li jiksru l-Artikolu 266 TFUE minħabba li ma jiħdux il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ruħhom mas-sentenza tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark Internazzjonali u Puma (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74)?
4)
Ir-Regolamenti kontenzjużi huma invalidi peress li dawn jiksru l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (3) jew il-prinċipju ta’ ċertezza legali (nuqqas ta’ retroattività) billi jimponu dazju antidumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti żraben tal-ġilda mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Vjetnam li seħħet matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (4) u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1294/2009 (5)?
5)
Ir-Regolamenti kontenzjużi huma invalidi għar-raġuni li dawn jiksru l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1036 billi jimponu mill-ġdid dazji antidumping mingħajr ma jagħmlu evalwazzjoni ġdida tal-interessi tal-Unjoni?
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395, tat-18 ta’ Awwissu 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 225, p. 52).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647, tat-13 ta’ Settembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 245, p. 16)
(3) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, p. 21)
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 275, p. 1)
(5) Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352, p. 1)