27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-28 ta’ Novembru 2016 – Presidenza del Consiglio dei Ministri et vs Nello Grassi et
(Kawża C-616/16)
(2017/C 063/22)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Gianni Pantuso, Angelo Tralongo, Maria Michela D’Alessandro
Konvenuti u rikorrenti inċidentali: Nello Grassi, Carmela Amato, Università degli Studi di Palermo, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero della Salute, Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca
Domandi preliminari
1)
Id-Direttiva Nru 82/76/KEE (1), li emendat id-Direttivi Nru 75/362/KEE (2) u Nru 75/363/KEE (3), għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqa’ fl-ambitu ta’ applikazzjoni tagħha anki t-taħriġ għal tobba li qed jispeċjalizzaw, kemm full-time kif ukoll part-time, li kien diġà beda fil-31 ta’ Diċembru 1982 u tkompla wara din id-data, sa liema data l-Istati Membri kellhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mad-Direttiva Nru 82/76/KEE, skont l-Artikolu 16 tagħha?
F’każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda Nru 1:
2)
L-Anness miżjud mad-Direttiva ta’ “Koordinament” Nru 75/363/KEE mill-Artikolu 13 tad-Direttiva Nru 82/76/KEE, li emendat id-Direttivi Nru 75/362/KEE u Nru 75/363/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li għal taħriġ għal tobba li qed jispeċjalizzaw li kien diġà beda fil-31 ta’ Diċembru 1982, l-obbligu ta’ remunerazzjoni adegwata għat-tobba li qed jispeċjalizzaw jiddependi mis-sodisfazzjoni tal-obbligu tar-riorganizzazzjoni tal-korsijiet jew mill-kompatibbiltà mar-rekwiżiti tal-imsemmija direttivi?
3)
Fir-rigward tat-tobba speċjalizzati li attendew taħriġ għal tobba li qed jispeċjalizzaw li kien beda qabel l-1 ta’ Jannar 1983 iżda li spiċċa wara din id-data, kien hemm l-obbligu ta’ remunerazzjoni adegwata lilhom għat-tul kollu tat-taħriġ jew biss għall-perijodu wara l-31 ta’ Diċembru 1982 u, f’dan l-aħħar każ, għal liema eventwali kundizzjonijiet kien suġġett dan l-obbligu?
(1) Direttiva tal-Kunsill 82/76/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1982, li temenda d-Direttiva 75/362/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina, inklużi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà biex jipprovdu servizzi u d-Direttiva 75/363 dwar il-koordinament tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi fir-rigward tal-attivitajiet tat-tobba (ĠU L 43, p. 21). (Traduzzjoni mhux uffiċjali)
(2) Direttiva tal-Kunsill 75/362/KEE, tas-16 ta’ Ġunju 1975, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali fil-mediċina, inklużi miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà biex jipprovdu servizzi (ĠU L 167, p. 1). (Traduzzjoni mhux uffiċjali)
(3) Direttiva tal-Kunsill 75/363/KEE, tas-16 ta’ Ġunju 1975, dwar il-koordinament tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi fir-rigward tal-attivitajiet tat-tobba (ĠU L 167,p. 14). (Traduzzjoni mhux uffiċjali)
Full & Egal Universal Law Academy