6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ Novembru 2016 – Rafal Prefeta vs Secretary of State for Work and Pensions
(Kawża C-618/16)
(2017/C 038/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliz
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rafal Prefeta
Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions
Domandi preliminari
1)
L-Anness XII tat-Trattat ta’ Adeżjoni kien jawtorizza lill-Istati Membri jeskludu lil ċittadini Pollakki mill-benefiċċji tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar ħaddiema (1) u tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva dwar ċittadinanza (2) meta l-ħaddiem, minkejja li kien ikkonforma ruħu tardivament mar-rekwiżit nazzjonali li l-impjieg tiegħu jkun irreġistrat, ma kienx għadu ħadem għal perijodu ta’ tnax-il xahar irreġistrat mingħajr interruzzjoni?
2)
Jekk ir-risposta tkun negattiva, ħaddiem ta’ nazzjonalità Pollakka fiċ-ċirkustanzi tal-ewwel domanda, jista’ jinvoka l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva taċ-ċittadinanza li jikkonċerna ż-żamma tal-istatus ta’ ħaddiem?
(1) Regolament Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU 2011 L 141, p. 1.
(2) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.