27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hallinto-oikeus (Il-Finlandja) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Anstar Oy vs Turvallisuus- ja kemikaalivirasto (Tukes)
(Kawża C-630/16)
(2017/C 063/24)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Helsingin hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Anstar Oy
Parti oħra interessata: Turvallisuus- ja kemikaalivirasto (Tukes)
Domandi preliminari
1)
Il-mandat M/120 u l-istandard armonizzat EN 1090-1 (:2009+A1:2011), adottat abbażi tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prodotti li għandhom jiġu ffissati fil-konkrit qabel it-twebbis tiegħu, kif elenkati fil-punti 1 sa 4 tad-deċiżjoni tat-[Turvallisuus- ja kemikaalivirasto] (aġenzija tas-sigurtà u ta’ prodotti kimiċi, iktar ’il quddiem it-“Tukes”) (sistemi ta’ sospensjoni użati għall-iffissar ta’ pannelli tal-faċċata u appoġġi tal-ġebel għall-qafas tal-bini, ċerti boltijiet, pjanċi għall-iffissar u elementi ta’ mmuntar standard tal-azzar, sistemi ta’ bracing, bażi għall-pilastri u ħitan, kif ukoll konnessjonijiet għall-gallariji) ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom?
2)
Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (1) li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, il-mandati tal-Kummissjoni ċċitati fil-kawża preżenti u d-dritt tal-Unjoni jipprekludu l-interpretazzjoni tat-Tukes, li tgħid li l-imsemmija prodotti ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat M/120 u tal-istandard EN 1090 1?
(1) Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU 2011, L 88, p. 5).
Full & Egal Universal Law Academy