20.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – X BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond
(Kawża C-631/16)
(2017/C 086/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Noord-Holland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond
Domandi preliminari
1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 (1), tat-13 ta’ Settembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn [IMPRIŻA A] Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, huwa validu?
2)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 (2), tat-28 ta’ Settembru 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn [IMPRIŻA I] Ltd (iċ-Ċina), u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14, huwa validu?
3)
Jekk l-ewwel jew it-tieni domanda teħtieġ risposta negattiva, dan ifisser li r-rimbors lir-rikorrenti tad-dazji mħallsa għandu jinkludi interessi?
4)
Jekk it-tielet domanda teħtieġ risposta affermattiva, kif għandhom għalhekk dawn l-interessi jiġu kkalkolati?
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1467, tat-13 ta’ Settembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C 34/14 (ĠU 2016, L 245, p. 16).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731, tat-28 ta’ Settembru 2016, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2016, L 262, p 4).