13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Ernst & Young P vs Konkurrencerådet
(Kawża C-633/16)
(2017/C 046/19)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Sø- og Handelsretten
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ernst & Young P/S
Konvenut: Konkurrencerådet
Domandi preliminari
1)
Skont liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk aġir jew miżuri adottati minn impriża humiex koperti mill-projbizzjoni imposta bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (il-projbizzjoni ta’ implementazzjoni minn qabel), u miżura ta’ implementazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tippreżupponi li l-imsemmija miżura, totalment jew parzjalment, fattwalment jew legalment, tikkostitwixxi element ta’ bidla fil-kontroll jew tal-amalgamazzjoni tal-attivitajiet li jkomplu jiġu eżerċitati mill-impriżi parteċipanti u li – sakemm il-livelli minimi kwantitattivi jintlaħqu – tagħti lok għall-obbligu ta’ notifika?
2)
Ix-xoljiment ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni, bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża, jikkostitwixxi miżura ta’ implementazzjoni koperta mill-projbizzjoni imposta bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u skont liema kriterji għandu, għalhekk, jiġi evalwat?
3)
Fil-kuntest tar-risposta għat-tieni domanda hija rilevanti l-kwistjoni ta’ jekk ix-xoljiment effettivament ipproduċiex effetti sinjifikattivi, mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni, fuq is-suq?
4)
Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, qed jintalab li jiġi speċifikat skont liema kriterji u skont liema livell ta’ probabbiltà għandu jiġi evalwat, f’dan il-każ, jekk ix-xoljiment ipproduċiex tali effetti fuq is-suq, b’mod partikolari kemm jista’ jkun sinjifikattiv il-fatt li tali effetti jistgħu jkunu imputabbli għal kawżi oħra?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40.