6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/9
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2016 minn Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-11 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-564/15, Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-635/16 P)
(2017/C 070/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (rappreżentanti: Y. de Vries, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-564/15;
—
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li r-rikors huwa inammissibbli, ladarba dan ġie indirizzat kontra l-Kummissjoni, li ma hijiex l-awtur tal-att ikkontestat;
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li r-rikors huwa inammissibbli minħabba li l-att ikkontestat huwa biss ta’ natura provviżorja u għalhekk ma huwiex att definittiv;
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-talba ta’ Spliethoff sabiex ir-rikors għal annullament tagħha jitqies bħala li huwa indirizzat kontra d-Deċiżjoni tal-31 ta’ Lulju (1).
(1) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5274 finali li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula sabiex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-UE fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF)-Settur tat-Tranport wara s-sejħa għal proposti tal-11 ta’ Settembru 2014 fuq il-bażi tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali