20.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 86/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Florian Hanig vs Société Air France SA
(Kawża C-637/16)
(2017/C 086/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Florian Hanig
Konvenuta: Société Air France SA
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu “intra-Komunitarji” ikopri wkoll “pajjizi u territorji extra-Ewropej” fis-sens tal-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li fir-rigward tagħhom japplikaw biss l-arranġamenti speċjali għal assoċjazzjoni stabbiliti fir-Raba’ Parti tat-TFUE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy