26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/8
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 minn Foodcare sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-456/15 – Foodcare sp. z o.o. vs EUIPO
(Kawża C-639/16 P)
(2017/C 202/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Foodcare sp. z o.o. (rappreżentant: M. Żabińska, radca prawny)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Dariusz Michalczewski
Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Mejju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddikjarat li l-appell huwa inammissibbli.