6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-12 ta’ Diċembru 2016 – Tünkers France, Tünkers Maschinenbau GmbH vs Expert France
(Kawża C-641/16)
(2017/C 070/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tünkers France, Tünkers Maschinenbau GmbH
Konvenut: Expert France
Domanda preliminari
L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għad-danni li permezz tagħha iċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività miksuba fil-kuntest ta’ din il-proċedura huwa akkużat li ppreżenta ruħu b’mod żbaljat bħala li jiżgura d-distribuzzjoni esklużiva ta’ oġġetti prodotti mid-debitur taqa’ esklużivament taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedura ta’ insolvenza?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191