13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Diċembru 2016 – American Express Co. vs The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury
(Kawża C-643/16)
(2017/C 078/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: American Express Co.
Konvenut: The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury
Domandi preliminari
1)
Sistema ta’ pagament, li fir-rigward tagħha l-obbligu ta’ aċċess previst fl-Artikolu 35(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 (1) normalment ma japplikax, bis-saħħa tal-Artikolu 35(2)(b) tal-imsemmija direttiva, hija suġġetta għall-imsemmi obbligu (i) meta jiġu konklużi ftehimiet ta’ co-branding ma’ msieħba fi co-branding li ma jipprovdux huma stess servizzi ta’ ħlas f’din is-sistema fir-rigward tal-prodotti ta’ co-branding u/jew (ii) bl-użu ta’ aġent li jaġixxi f’ismu sabiex jipprovdi servizzi ta’ pagament?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, l-Artikolu 35(1) tad-direttiva ċċitata iktar 'il fuq huwa invalidu sa fejn jipprevedi li s-sistemi li jkunu kkonkludew tali ftehimiet għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu ta’ aċċess, peress li hemm:
(a)
ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, skont l-Artikolu 296 TFUE;
(b)
żball manifest ta’ evalwazzjoni; u/jew
(ċ)
ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità?
(1) Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2015, dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU 2015, L 337, p. 35).