6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Lille (Franza) fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Adil Hassan vs Préfet du Pas-de-Calais
(Kawża C-647/16)
(2017/C 070/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Lille
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Adil Hassan
Konvenut: Préfet du Pas-de-Calais
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013 (1), jipprekludu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li ressaq talba, quddiem Stat Membru ieħor li huwa jqis bħala l-Istat responsabbli skont il-kriterji stabbiliti mir-Regolament, għat-teħid inkarigu ta’ ċittadin jew għat-teħid lura ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna mingħajr Stat li ppreżentat applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha għadha ma tteħditx deċiżjoni finali jew ta’ persuna oħra msemmija fl-Artikolu 18(1)(c) jew (d) tar-Regolament, milli jieħdu deċiżjoni ta’ trasferiment u jinnotifikawha lill-persuna kkonċernata qabel l-aċċettazzjoni ta’ dan l-inkarigu ta’ ċittadin jew dan it-teħid lura mill-Istat mitlub?
(1) Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, p. 31).