3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Peter Valach et vs Waldviertler Sparkasse Bank AG et
(Kawża C-649/16)
(2017/C 104/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peter Valach, Alena Valachová, Europa SC ZV II a.s., Europa SC LV a.s., VAV Parking a.s., Europa SC BB a.s., Byty A s.r.o.
Konvenuti: Waldviertler Sparkasse Bank AG, Československá obchodná banka a.s., Stadt Banská Bystrica
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni intiża bħala talba għad-danni fuq il-bażi ta’ responsabbiltà delittwali ppreżentata kontra membri ta’ kumitat ta’ kredituri minħabba l-aġir illegali tagħhom meta ttieħed vot fir-rigward ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza mid-detenturi ta’ ishma fil-kumpannija debitriċi fallita, bħalma huma l-ewwel u t-tieni rikorrenti, u mill-kumpanniji proġett li kienu f’relazzjoni kummerċjali mal-kumpannija debitriċi fallita, bħalma huma t-tielet sas-seba’ rikorrenti, taqa’ fil-kamp tal-insolvenza fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 u hija, għalhekk, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ dan ir-regolament?
(1) ĠU 2012 L 351, p. 1.