13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Diċembru 2016 – M.N.J.P.W. Nooren u J.M.F.D.C. Nooren vs Staatssecretaris van Economische Zaken
(Kawża C-667/16)
(2017/C 078/17)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: M.N.J.P.W. Nooren u J.M.F.D.C. Nooren, aventi kawża ta’ M.N.F.M. Nooren
Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken
Domandi preliminari
1)
Il-leġiżlatur tal-Unjoni ippreveda taħt l-Artikoli 70, 71 u 72 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (1), tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn hemm diversi każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fi ħdan l-istess qasam suġġett għal kundizzjonalità, il-possibbiltà ta’ għadd flimkien tat-tnaqqis fl-għajnuna li jirriżulta fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità għall-kundizzjonalità ripetuta u mhux ripetuta minn naħa, u fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali għall-kundizzjonalità, min-naħa l-oħra?
2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, liema dispożizzjoni tikkostitwixxi l-bażi legali ta’ tali għadd flimkien u liema hija r-regola ta’ kalkolu li tirregolah?
3)
Fil-każ ta’ risposta negattiva, teżisti bażi legali differenti oħra fid-dritt tal-Unjoni għal tali għadd flimkien?
(1) ĠU 2009, L 316, p. 65.