8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/17
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2016 minn Monster Energy Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-20 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-407/15 – Monster Energy Company vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-678/16 P)
(2017/C 144/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Monster Energy Company (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-407/15
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-4 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R1028/2014-5
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Frar 2014 fl-Oppożizzjoni Nru 2 178567
—
tiċħad it-trade mark ikkontestata għall-prodotti kollha fil-klassijiet 29, 30 u 33
—
tordna lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-appellanti
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) fl-approċċ tagħha għall-evalwazzjoni ta’, u l-importanza li għandha tingħata lill-elementi dominanti u/jew distintivi ta’ trade mark komposta. Kieku ttieħed l-approċċ korrett mill-Qorti Ġenerali, dan kien iwassal biex jinstab li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark li saret oppożizzjoni għaliha u t-trade mark preċedenti.
Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja fl-approċċ tagħha għall-evalwazzjoni ta’, u l-importanza li għandha tingħata lill-elementi dominanti u/jew distintivi ta’ trade mark komposta.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja
ĠU 2009, L 78, p. 1