3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2016 – Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV vs Tetsuji Shimizu
(Kawża C-684/16)
(2017/C 104/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV
Konvenut: Tetsuji Shimizu
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), jew l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 7 tal-Bundesurlaubsgesetz (liġi federali dwar il-leave), li tipprevedi, inkwantu modalità ta’ eżerċizzju tad-dritt għal-leave tal-mistrieħ, li l-ħaddiem għandu japplika għal-leave billi jindika l-preferenzi tiegħu fir-rigward tad-dati li huwa jixtieq jieħu għal dan il-leave, sabiex ma jitlifx id-dritt għal leave tiegħu fit-tmiem il-perijodu ta’ referenza mingħajr ebda kumpens, u li għalhekk ma tobbligax il-persuna li timpjega li tispeċifika unilateralment u b’mod vinkolanti għall-ħaddiem id-dati tal-leave matul il-perijodu ta’ referenza?
2)
F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:
L-istess japplika meta ż-żewġ partijiet fir-relazzjoni ta’ xogħol kienu persuni privati?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.