29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/45
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2016 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-1/16)
(2016/C 111/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ tal-eżerċizzju ta’ ċertifikazzjoni 2014.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Marzu 2015, tal-Awtorità tal-Ħatra, li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ tal-eżerċizzju ta’ ċertifikazzjoni 2014;
—
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy