21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/51
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2016 – ZZ vs SEAE
(Kawża F-2/16)
(2016/C 106/62)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H.-E. von Harpe, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, li ma jħallasx lir-rikorrent l-ispejjeż tiegħu tat-trasferiment miż-Żambja lejn il-Belġju.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-12 ta’ Marzu 2015;
—
u, fejn xieraq, tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment
—
tikkundanna lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll dawk tal-proċedura prekontenzjuża.
Full & Egal Universal Law Academy