25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/37
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-5/16)
(2016/C 145/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: O. Mader, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma terġax tikklassifika l-kuntratt tar-rikorrent bħala dak ta’ membru tal-persunal temporanju jew, alternattivament, kumpens għad-dannu materjali subit.
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ April 2015, dwar il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tar-rikorrent u – fejn meħtieġ – id-deċiżjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2015 (R/513/15), li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
alternattivament, tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu li huwa sofra minħabba ċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal klassifikazzjoni mill-ġdid.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy