25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/38
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 – ZZ et vs SEAE
(Kawża F-6/16)
(2016/C 145/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annulament tar-rendikonti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti ta’ Marzu 2015 kif ukoll dawk stabbiliti sussegwentement sa fejn dawn japplikaw id-deċiżjoni tas-SEAE li jitnaqqas l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja minn 15 % għal 10 %.
Talbiet
—
tiddikjara d-deċiżjoni tad-direttur ġenerali amministrativ tas-SEAE tat-23 ta’ Frar 2015 inapplikabbli għar-rikorrenti;
—
konsegwentement, tannulla r-rendikont ta’ remunerazzjoni tagħhom ta’ Marzu 2015, u dawk stabbiliti sussegwentement sa fejn dawn japplikaw allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja ta’ 10 %;
—
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy