25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/38
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-7/16)
(2016/C 145/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-ammont tal-allowance kumpensatorja mħallsa lir-rikorrenti, li ġiet irreklutata taħt kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat irregolat bid-dritt Belġjan, u li tipprevedi l-irkupru tal-ammonti mħallsa żejjed.
Talbiet
—
Prinċipalment, jannulla n-nota tad-9 ta’ April 2015 tal-Kummissjoni (PMO) indirizzata lir-rikorrenti u r-rendikonti tar-remunerazzjoni li japplikawha sussegwentement u, sa fejn huwa neċessarju, in-nota tat-12 ta’ Diċembru 2014 u r-rendikonti tar-remunerazzjoni fformulati sussegwentement, f’dak li jirrigwarda l-kalkolu mill-ġdid tal-allowance kumpensatorja tagħha ta’ kull xahar, u iktar preċiżament:
—
in-nota tad-9 ta’ April 2015 tal-Kummissjoni Ewropea (Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali, PMO/1 – Remunerazzjoni u ġestjoni tad-drittijiet individwali pekunjarji) lir-rikorrenti;
—
ir-rendikonti tar-remunerazzjoni 04/2014 sa 06/2015 tar-rikorrenti u rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti li jinkludu tnaqqis ta’ EUR 208,30 (kodiċi DPN – Remboursement dett) u rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti;
—
in-nota preliminari tat-12 ta’ Diċembru 2014 tal-Kummissjoni Ewropea (Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali, PMO/1 – Remunerazzjoni u ġestjoni tad-drittijiet individwali pekunjarji) lir-rikorrenti.
—
Sussidjarjament, jannulla n-noti u r-rendikonti tar-remunerazzjoni sa fejn iwettqu tnaqqis applikat retroattivament mir-remunerazzjoni rċevuta mir-rikorrenti sad-9 ta’ April 2015;
—
Fi kwalunkwe każ, jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy