25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/39
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 – ZZ vs EMA
(Kawża F-8/16)
(2016/C 145/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2014 u d-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2015 tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju kif ukoll talba għad-danni bħala kumpens għad-dannu morali allegatament sostnut.
Talbiet
—
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu bejn is-16 ta’ Frar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014, kif iffinalizzat fil-31 ta’ Marzu 2015 mill-evalwatur ta’ appell (“Assessor”) u ffirmat mir-rikorrenti fl-14 ta’ April 2015;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti tal-1 ta’ April 2015, li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti;
—
tannulla ż-żewġ deċiżjonijiet tal-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti tas-26 ta’ Ottubru 2015, li jiċħdu ż-żewġ ilmenti tar-rikorrenti tat-30 ta’ Ġunju 2015 kontra ż-żewġ deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq;
—
tordna l-ħlas lir-rikorrenti tad-danni fl-ammont ta’ EUR 10 000;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy