25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/40
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – ZZ et vs Il-Parlament
(Kawża F-9/16)
(2016/C 145/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M. Casado Garcia-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu lill-erba’ rikorrenti l-għoti tal-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2014-2015 u għas-snin sussegwenti u l-kundanna tal-konvenut sabiex iħallas lir-rikorrenti l-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016, flimkien mal-interessi kkalkolati mid-dati li fihom dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjonijiet individwali kkontestati tal-24 ta’ April 2015;
—
jekk ikun hemm bżonn, jannulla d-deċiżjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew iddatati s-17 ta’ Novembru u d-19 ta’ Novembru 2015;
—
jikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lir-rikorrenti l-benefiċċju tal-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016 flimkien mal-interessi kkalkolati mid-dati li fihom dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
—
jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy