10.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/22
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 – ZZ vs Frontex
(Kawża F-12/16)
(2016/C 165/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent kif ukoll it-talba għal kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
jagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 12 000 għal dannu mġarrab fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy