10.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/22
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-14/16)
(2016/C 165/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Tymen, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt tar-rikorrenti kif ukoll it-talba għal danni għad-dannu morali allegatament imġarrab.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Mejju 2015 li tiċħad it-tiġdid tal-kuntratt tagħha;
—
sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċizjoni impliċita li tiċħad it-tiġdid tal-kuntratt tagħha tal-31 ta’ Mejju 2015;
—
sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Diċembru 2015 li tiċħad l-ilment tagħha;
—
jordna l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta’ danni, stabbiliti ex aequo et bono għal EUR 115 000, bħala kumpens għad-dannu morali tagħha;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy