30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/52
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs SEAE
(Kawża F-15/16)
(2016/C 191/75)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni li tiċħadilha il-permess li tippubblika artiklu, fl-assenza ta’ emenda tat-test propost.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti talbet li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:
—
jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
jikkundanna s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy