30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/53
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-17/16)
(2016/C 191/77)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba mressqa tardivament, intiża għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – 3, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni impliċita li ma tintlaqax din it-talba.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), tas-17 ta’ Awwissu 2015, indirizzata lilha b’posta elettronika, li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba li hija kienet ressqet fit-13 ta’ Awwissu 2015, intiża għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni mogħtija mill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – 3 li hija ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti ta’ din il-kompetizzjoni;
—
jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – 3 li ma tintlaqax it-talba li hija kienet ressqet fit-13 ta’ Awwissu 2015, intiża għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni mogħtija minn dan il-Bord tal-Għażla li hija ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti ta’ din il-kompetizzjoni;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy