11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/49
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-18/16)
(2016/C 251/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: F. Sciaudone u R. Sciaudone, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jitqiesx li r-rikorrent jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu fl-impjieg tat-tip ta’ “Kap ta’ Unità jew ekwivalenti” jew “Konsulent jew ekwivalenti”, skont l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni SEC (2013) 691, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li temenda r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-kabinetti tal-Membri tal-Kummissjoni u l-kelliema.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tiegħu li jitqies bħala li jeżerċita responsabbiltajiet partikolari li jagħtu lok għall-klassifikazzjoni tiegħu fl-impjieg tat-tip ta’ “Konsulent jew ekwivalenti”, skont l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
b’mod inċidentali, fl-assenza ta’ implementazzjoni kompleta u nondiskriminatorja tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, jannulla l-Komunikazzjoni tal-2013 (u l-Komunikazzjoni tal-2014 fil-parti fejn hija tirriproduċi l-Komunikazzjoni tal-2013);
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.