17.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/32
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-20/16)
(2016/C 383/42)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Żołyniak, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD 177/10-ECO2013 tas-27 ta’ Mejju 2014 li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla għall-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD 177/10-ECO2013 tas-27 ta’ Mejju 2014 li tirrifjuta l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva;
—
jordna lill-Awtorità tal-Ħatra timplementa s-sentenza billi tinkludi isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva stabbilita abbażi ta’ din il-kompetizzjoni ġenerali bil-kundizzjoni li l-perijodu ta’ validita ta’ din iż-żieda jkun ekwivalenti għall-perijodu ta’ validità tal-lista;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-partijiet skont ir-regoli previsti.
Full & Egal Universal Law Academy