11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/50
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2016 – ZZ vs Frontex
(Kawża F-21/16)
(2016/C 251/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Spyros A. Pappas, avukat)
Konvenut: Frontex
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent u talba għad-danni għat-telf tas-salarju kif ukoll tad-drittijiet għall-pensjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Frontex tas-26 ta’ Ġunju 2015 li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent;
—
jikkundanna lil Frontex sabiex jikkumpensa t-telf tas-salarju tar-rikorrent kif ukoll id-dirttijiet tiegħu għall-pensjoni;
—
jikkundanna lil Frontex għall-ispejjeż.