11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/50
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – ZZ vs CPVO
(Kawża F-22/16)
(2016/C 251/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u t-talba li r-rikorrent jiġi kkumpensat għad-dannu materjali u morali allegatament subit minnu.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2015;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-15 ta’ Settembru 2015 kontra d-deċiżjoni ċċitata hawn fuq;
—
jikkumpensa d-dannu materjali subit b’dan il-mod, evalwat b’mod provviżorju ex aequo et bono għal EUR 119 767;
—
jagħti lir-rikorrent kumpens għad-danni għal ammont ta’ EUR 30 000 għad-dannu morali subit;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.