11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/52
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs SEAE
(Kawża F-25/16)
(2016/C 251/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-7 ta’ Lulju 2015 li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AST 3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013 u t-talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-7 ta’ Lulju 2015 li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AST3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013;
—
jikkundanna lis-SEAE biex iħallas kumpens ta’ EUR 15 000 lir-rikorrent;
—
jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.