16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/44
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2016 – ZZ vs eu-LISA u Il-Kummissjoni
(Kawża F-26/16)
(2016/C 296/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Greinoman, avukat)
Konvenuti: L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA),
u
Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad lir-rikorrenti awtorizzazzjoni minn qabel għal trattament mediku għal żewġha taħt l-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni Ewropea.
Talbiet
—
jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-awtorizzazzjoni minn qabel għat-trattament mediku tar-raġel tar-rikorrenti kopert mill-Iskema komuni ta’ Assigurazzjoni għall-mard;
—
jiddikjara li l-epatite Ċ li minnha jsofri r-raġel tar-rikorrenti hija marda serja fis-sens tal-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy